Mur għall-kontenut ewlieni
Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Kif Tiġbor il-Firem

L-appoġġ għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej jista’ jinġabar jew fuq il-karta (bl-użu ta’ formoli mimlija minn qabel, li jistgħu jitniżżlu) jew online. 

Sistema Ċentrali ta' Ġbir Online

Is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online hija l-għodda pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea lill-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej biex jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ online. Mill-2023 hija l-unika sistema li l-organizzaturi ta’ inizjattivi ġodda jistgħu jużaw biex jiġbru l-firem għall-inizjattivi tagħhom online.

Tgħallem aktar dwar is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online (COCS), offruta lill-organizzaturi tal-inizjattivi mill-Kummissjoni Ewropea. 

Nota ta’ gwida ĠDIDA dwar is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online:

Nota ta’ Gwida dwar is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online
Nota ta’ Gwida dwar is-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online
Malti
(505.28 KB - PDF)
Iddawnlowdja

Pariri u suġġerimenti dwar il-ġbir tal-firem

Tinsiex!

Il-firmatarji jeħtieġu jkunu ċittadini tal-UE (ċittadini tal-Istati Membri tal-UE) u għandhom biżżejjed età biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (l-età ta’ 18-il sena jew anqas f’xi Stati Membri) – sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li jbaxxi l-età minima għall-firmatarji għal 16 u jkun informa lill-Kummissjoni dwar dan. Ara l-lista tar-rekwiżiti tal-età.

Aqra aktar hawnhekk:

Żvelati s-Sigrieti għas-Suċċess tal-Inzjattivi taċ-Ċittadini Ewropej: Pariri dwar kif tista’ tikseb 1.6 Miljun Firma u Taqbeż il-Limitu f’Wieħed u Għoxrin Stat Membru tal-UE

Anatomija ta’ miraklu: kif fl-aħħar 20 jum tal-kampanja Stop Finning EU seħħet bidla radikali.

L-Awtoritajiet Nazzjonali Jieħdu l-Inkarigu dwar Kif Tiżgura li l-Firem Tiegħek Jiġu Vverifikati

The European Citizens’ Initiative’s Central Online Collection System Explained

F’dan il-video Jerome Stefanini, l-uffiċjal tal-IT responsabbli għas-sistema fil-Kummissjoni jenfasizza l-proprjetajiet u l-vantaġġi tagħha u jwieġeb għall-mistoqsijiet u l-kummenti mill-organizzaturi tal-ECI.

Spegazzjoni tas-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
Malti
(15.53 KB - DOCX)
Iddawnlowdja
Suġġerimenti dwar kif isir il-ġbir tal-firem għall-inizjattiva tiegħek

Nitgħallmu mingħand min irnexxielu: pariri u suġġerimenti dwar il-ġbir tal-firem mingħand Olga Kikou, End the Cage Age, organizzatur ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Traduzzjoni tat-traskrizzjoni tal-video. Testimonjanza, Olga Kikou, organizzatriċi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, “End the Cage Age”
Malti
(69.31 KB - PDF)
Iddawnlowdja

Noti ta’ Gwida

Kif jinġabru l-firem: Ħafna drabi l-pass l-aktar iebes...
Malti
(260.16 KB - PDF)
Iddawnlowdja

Webinars

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: L-opinjonijiet espressi dwar il-Forum tal-ECI jirriflettu biss il-fehma tal-awturi tagħhom u bl-ebda mod ma jistgħu jitqiesu li jirriflettu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Unjoni Ewropea.
Lest biex tirreġistra l-inizjattiva tiegħek?

Trid tappoġġja inizjattiva? Għandek bżonn tkun taf aktar dwar inizjattivi attwali jew passati?