Mur għall-kontenut ewlieni
Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://citizens-initiative-forum.europa.eu/

Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web l-oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawk s-siti web u l-kontenut tagħhom għandhom id-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà speċifiċi tagħhom.

Is-sit web tal-“Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej” huwa ġestit mis-Segretarjat Ġenerali. Huwa mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.

Għandek tkun tista’:

  • eż. tkabbar sa 200% mingħajr problemi
  • tkabbar filwaqt li t-test kollu jibqa’ viżibbli fuq l-iskrin
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jagħraf id-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek).

Status tal-konformità

Dan is-sit web mhuwiex konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u mal-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG). Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.

Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fl-27 ta’ Lulju 2026.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni ġiet rieżaminata fis-27 ta’ Lulju 2026.

Din id-dikjarazzjoni hija bbażata biss fuq is-sejbiet ta’ għodda awtomatizzata. Ma twettaq l-ebda kontroll manwali addizzjonali.

Feedback

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà ta’ dan is-sit web. Jekk tiltaqa'’ ma problemi ta’ aċċessibilità, ikkuntattjana:

  • Email: SG-ECI-MAILING [at] ec [dot] europa [dot] eu (SG-ECI-MAILING[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Għandna l-għan li nwieġbu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

Kontenut mhux aċċessibbli

Nagħmlu l-almu tagħna biex niżguraw li dan is-sit web ikun aċċessibbli. Madankollu, nafu li xi partijiet tas-sit web għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli, u qed naħdmu biex intejbuhom. Hawn taħt hawn il-lista tal-problemi ewlenin ta’ aċċessibbiltà li aħna konxji tagħhom, u, fejn possibbli, il-pjanijiet tagħna biex insolvuhom.

Problemi magħrufa:

  • Xi kontenut ma jinsabx fil-punti ta' referenza
  • Xi elementi tal-intestatura ma jintużawx b’mod konsistenti
  • Xi tikketti mhumiex konnessi b’mod korrett mal-oqsma tal-formoli korrispondenti tagħhom
  • Xi funzjonalità mhix aċċessibbli bl-użu ta’ keyboard biss
  • Xi dokumenti huma f’format PDF u mhumiex aċċessibbli
  • Xi test alternattiv dwar l-immaġnijiet jista’ ma jkunx preċiż, deskrittiv biżżejjed, ikun fih żbalji tipografiċi jew grammatikali u kliem żejjed
  • Xi elementi ma jużawx l-attributi ARIA korretti
  • Xi attributi “lang” ma jaqblux mal-lingwa tal-kontenut

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà ta’ dan is-sit web tiddependi fuq l-HTML, is-CSS u l-JavaScript. Il-biċċa l-kbira tal-brawżers u tat-teknoloġiji ta’ assistenza jappoġġaw dawn l-istandards.