Mur għall-kontenut ewlieni
Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Kif jinġabru l-firem

Sib l-informazzjoni kollha li teħtieġ dwar kif tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ għall-inizjattiva tiegħek. Ftakar li l-appoġġ għall-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej jista’ jinġabar kemm fuq il-karta (bl-użu ta’ formoli mimlija minn qabel u li jistgħu jitniżżlu) kif ukoll online permezz tas-sistema ċentrali ta’ ġbir online. 

Ħarsa ġenerali

Wieħed jista’ jargumenta li l-fażi tal-ġbir tal-firem ta’ inizjattiva hija l-aktar pass diffiċli. Bħala organizzatur, għandek 12-il xahar biex tiġbor miljun firma inkluż li tilħaq il-limitu f’mill-inqas 7 Stati Membri differenti. Għalhekk, bħala organizzatur, jeħtieġ li tifhem kif tiġbor il-firem għall-inizjattiva tiegħek u l-modi differenti biex tagħmel dan. 

Interessat li tiffirma IĊE? Iċċekkja l-inizjattivi attwali miftuħa għall-ġbir tal-firem hawnhekk!

Gwida

Aqra aktar informazzjoni dwar kif tiġbor id-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ fin-nota ta’ gwida ta’ hawn taħt: 

Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online

Is-sistema ċentrali ta’ ġbir online, ipprovduta mill-Kummissjoni Ewropea lill-organizzaturi tal-inizjattiva tal-IĊE mingħajr ħlas, hija l-unika għodda biex jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ online. 

Aqra aktar dwar is-sistema ċentrali ta’ ġbir online fin-nota ta’ gwida ta’ hawn taħt: 

 

 

Tgħallem mill-espert!

F’dan il-filmat, Jerome Stefanini, l-uffiċjal tal-IT responsabbli għas-Sistema Ċentrali ta’ Ġbir Online fil-Kummissjoni, jenfasizza l-proprjetajiet u l-vantaġġi tagħha u jwieġeb għall-mistoqsijiet u l-kummenti mill-organizzaturi tal-IĊE.

The European Citizens’ Initiative’s Central Online Collection System Explained

Pariri u suġġerimenti dwar il-ġbir tal-firem

Nitgħallmu mingħand min irnexxielu! 

F’dan il-filmat, Olga Kikou, organizzatriċi tal-inizjattiva ta’ suċċess “End the Cage Age”, taqsam pariri u suġġerimenti dwar il-ġbir tal-firem. 

 

Suġġerimenti dwar kif isir il-ġbir tal-firem għall-inizjattiva tiegħek
Traduzzjoni tat-traskrizzjoni tal-video. Testimonjanza, Olga Kikou, organizzatriċi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, “End the Cage Age”

Tinsiex!

Il-firmatarji jeħtieġu jkunu ċittadini tal-UE (ċittadini tal-Istati Membri tal-UE) u għandhom biżżejjed età biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (l-età ta’ 18-il sena jew anqas f’xi Stati Membri) - sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li jbaxxi l-età minima għall-firmatarji għal 16 u jkun informa lill-Kummissjoni dwar dan. Ara l-lista tar-rekwiżiti tal-età

Aqra dawn il-blog posts ta’ hawn taħt, biex titgħallem aktar pariri u suġġerimenti dwar il-ġbir tal-firem. 

Tgħallem minn IĊE li rnexxew

Tgħallem mill-organizzaturi li rnexxielhom jiġbru miljun firma vverifikata. Aqra l-Istejjer ta’ Suċċess

Webinars relatati

Ara l-webinars kollha