Parir legali jista’ jinkludi valutazzjoni ta’:
-
jekk diġà hemm leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suġġett tal-abbozz tal-inizjattiva;
-
jekk l-abbozz tal-inizjattiva jistax jissodisfa l-kriterji tar-reġistrazzjoni, inkluż jekk din ma tkunx taqa’ b’mod ċar barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni u, jekk dan ikun il-każ, liema dispożizzjoni(jiet) tat-Trattat jagħti(u) din is-setgħa lill-Kummissjoni;
-
jekk organizzaturi oħrajn talbux għar-reġistrazzjoni ta’ inizjattivi simili jew kważi identiċi fl-imgħoddi u jekk kinux ta’ suċċess jew le.
Pariri dwar il-kampanji u/jew il-ġbir ta’ fondi jistgħu jivvalutaw:
-
in-networks stabbiliti tiegħek;
-
il-bażi ta’ voluntiera tiegħek;
-
ir-riżorsi umani u finanzjarji;
-
l-istrateġiji ta' komunikazzjoni;
-
l-aċċess għall-fondi, eċċ.
Jekk jogħġbok innota li aħna la nabbozzaw l-inizjattivi għall-organizzaturi u lanqas nappoġġjawhom fit-twettiq tal-kampanji tagħhom jew il-ġbir ta’ fondi.
Jekk teħtieġ sempliċiment informazzjoni dwar il-proċess tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b’mod ġenerali, nistednuk tikkonsulta t-taqsima Tgħallem ta’ dan is-sit u/jew is-sit web uffiċjali tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.
Ħu parir
Jekk għandek bżonn parir, jekk jogħġbok ibgħatilna l-mistoqsija/ijiet tiegħek billi tissottometti l-formola hawn taħt. Se tintalab timla kwestjonarju qasir. Grazzi.