Mur għall-kontenut ewlieni
Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Kif tħejji inizjattiva għar-reġistrazzjoni

Sib l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex tabbozza u tissottometti talba għal reġistrazzjoni għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej.

Ħarsa ġenerali

Bħala organizzatur ta’ inizjattiva, l-ewwel pass hu li tirreġistra l-inizjattiva proposta tiegħek mal-Kummissjoni.

Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir biss jekk il-proposta tissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet li ġejjin:

  1. Ġie ffurmat il-grupp ta’ organizzaturi, inkluż rappreżentant wieħed u sostitut wieħed;
  2. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta b’mod manifestat ma tmurx lil hinn mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni biex din tkun tista' tissottometti proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati; 
  3. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament abbużiva, frivola jew vessatorja;
  4. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-UE kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi kif ukoll il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. 
How to Draft and Submit an ECI

Aaron Green, avukat li jaħdem għas-servizz Seek Advice tal-Forum tal-IĊE, Emma Psaila, uffiċjal tal-politika fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u Stephanie Poppe, organizzatur tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Akkoljenza dinjituża lill-migranti fl-Ewropa” jispjegaw kif għandha tiġi abbozzata u sottomessa inizjattiva.

Gwida

Aqra aktar dwar kif tabbozza u tissottometti inizjattiva fin-nota ta’ gwida tagħna hawn taħt: 

Tgħallem minn IĊE li rnexxew

Tgħallem mill-organizzaturi li rnexxielhom jiġbru 1 miljun firma. Aqra l-Istejjer ta’ Suċċess

Webinars relatati

Tgħallem aktar minn organizzaturi u esperti oħra dwar kif tabbozza u tissottometti inizjattiva billi tara l-webinars ta’ hawn taħt. 

Ara l-webinars kollha