Reġistrazzjoni
Kelliem: Maarten de Groot, Kampanja ECI
Moderatur: Elisa Lironi, Servizz ta’ Azzjoni għaċ-Ċittadini Ewropej
Lingwi EN, ES, DE, FR, IT
Jekk tlift il-webinar, iċċekkja l-video recording (disponibbli bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bit-Taljan) u l-preżentazzjoni bil-PowerPoint biex issir taf dwar l-isfidi tal-bini ta’ koalizzjoni b’saħħitha tas-sħab u pariri prattiċi dwar kif issib is-sħab it-tajba. Tista’ taċċessa l-verżjonijiet lingwistiċi differenti permezz tal-għażla rispettiva tal-video player.
Il-kelliem tagħna Maarten de Groot kien jaħdem bħala koordinatur tal-kampanja tal-ECI u organizza inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej huwa stess.
Aġenda tal-webinar
1. Introduzzjoni minn Elisa Lironi [Minuta 0 sa 3]
2. X’inhi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej minn Elisa Lironi [Minuta 3 sa 7]
3. Kif tfittex għas-sħab minn Elisa Lironi [Minuta 7 sa 21]
4. X’inhi l-Kampanja ECI minn Marten de Groot [Minuta 21 sa 27]
5. Esperjenza personali ta’ organizzatur tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej minn Marten de Groot [Minuta 27 sa 33]
6. Pariri u suġġerimenti meta tfittex għas-sħab minn Marten de Groot [Minuti 33 sa 44]
7. Q&A [minuta 44 sa 51]
F’dan il-webinar, se ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
- Kif tista’ ssib sħab biex tniedi inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej?
- Għaliex huwa importanti li jkun hemm biżżejjed sħab abbord?
- Għaliex jista’ jkun ta’ piż li taħdem ma’ wisq sħab?
It-tagħlimiet ewlenin minn dan il-webinar huma:
- Huwa kruċjali li jkun hemm biżżejjed sħab sabiex il-kampanja tirnexxi u jinġabru biżżejjed firem. Toqgħodx lura milli tikkuntattja l-organizzazzjonijiet kmieni kemm jista’ jkun.
- Is-sħab nazzjonali huma kruċjali! Filwaqt li huwa tajjeb li jkun hemm network Ewropew kbir, is-sħab nazzjonali huma l-akbar għajnuna biex jinġabru l-firem fuq il-post.
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà:
Jekk jogħġbok innota li dan il-webinar ġie rrekordjat fl-2018. Għalhekk, parti mill-informazzjoni mhijiex konformi mal-qafas legali attwali dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020. L-informazzjoni skaduta tirreferi għall-punt li ġej imsemmi matul il-webinar:
- Il-perjodu ta’ 12-il xahar għall-ġbir tal-firem jibda direttament wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva.
- Il-Kummissjoni Ewropea għandha xahrejn (massimu) biex tivvaluta r-reġistrazzjoni ta’ inizjattiva.
- L-organizzaturi dejjem se jkunu liberi li jużaw is-Software tal-ECI b'sors miftuħ.
Skont il-qafas legali attwali, l-informazzjoni korretta hija:
- L-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini għandhom sitt xhur biex jiddeċiedu d-data tal-bidu għall-ġbir tal-firem wara r-reġistrazzjoni tal-inizjattiva tagħhom.
- Il-Kummissjoni Ewropea għandha xahrejn biex tivvaluta t-talba għar-reġistrazzjoni. Jekk l-inizjattiva taqa’ manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tipproponi atti legali, l-organizzaturi jingħataw il-possibbiltà li jirrevedu t-talba inizjali tagħhom u jibagħtu verżjoni aġġornata; f’dan il-każ il-proċess idum sa 4 xhur.
- L-użu ta’ sistemi individwali ta’ ġbir online se jkun possibbli biss għal inizjattivi reġistrati qabel il-31 ta’ Diċembru 2022.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej billi tara dan il-webinar, billi taqra dan il-blog post u fuq is-sit web tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.