- Magħluqin
- Kelliema
- Kristina Krajnc, Konsulent Legali tal-inizjattiva “My Voice, My Choice”, Veronika Povž, Kap tal-Komunikazzjonijiet tal-inizjattiva “My Voice, My Choice”, Théo Giubilei, Organizzatur tal-inizjattiva “PsychedeliCare”
- Kategoriji
Kelliema mistiedna: Olga Kikou, mill-inizjattiva “End the Cage Age”, Meike Hartwig, minn Change.org
Moderatur: Petko Georgiev, ProMedia
Lingwa: EN
Jekk tlift il-webinar, iċċekkja r-reġistrazzjoni tal-video (disponibbli bl-Ingliż) biex titgħallem dwar l-isfidi li tinvolvi kampanja online għal Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.
Olga Kikou, Kap tal-Uffiċċju tal-UE, Compassion in World Farming. Olga tmexxi l-attivitajiet tal-UE ta’ Compassion in World Farming, organizzazzjoni internazzjonali b’uffiċċji u rappreżentanzi f’disa’ pajjiżi Ewropej, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Afrika t'Isfel, iddedikata għat-titjib tal-benessri tal-annimali, it-tmiem tat-trobbija tal-annimali industrijali u l-kisba ta’ ikel u biedja sostenibbli. Olga hija wkoll rappreżentanta sostituta tal-Kumitat taċ-Ċittadini għall-inizjattiva “End the Cage Age”.
Meike Hartwig, Promotur Ewlieni, Change.org. Meike hi promotur għall-akbar pjattaforma tal-petizzjonijiet online fid-dinja change.org. Qabel ma ngħaqdet ma’ change.org hi ħadmet għal ministeru tal-istat federali fil-Ġermanja. L-isfond akkademiku tagħha huwa x-xjenza politika, l-istudji dwar il-ġeneri u dwar il-paċi u l-kunflitt. Hi tinteressa ruħha l-aktar fid-demokrazija, il-femminiżmu, is-sostenibbiltà u d-dimensjoni soċjali tad-diġitalizzazzjoni. F’change.org hi tappoġġja l-bidu tal-petizzjonijiet biex iwasslu għal kampanja li tirnexxi.
Aġenda tal-webinar
1. Introduzzjoni minn Petko Georgiev [Minuta 0 sa 5]
2. Informazzjoni ġenerali dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej minn Petko Georgiev [Minuta 5 sa 15]
3. Intervent minn Olga Kikou dwar l-esperjenza tagħha fit-tmexxija ta’ kampanja tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej [Minuta 15 sa 28]
4. Intervent minn Meike Hartwig dwar it-tmexxija ta’ kampanja online fiż-żminijiet ta’ pandemija [Minuta 28 sa 47]
5. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-parteċipanti u l-kelliema [Minuta 47 sa 61]
F’dan il-webinar, se ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
- L-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej kif jistgħu jistabbilixxu l-miri tagħhom u jippjanaw il-kampanja tagħhom?
- L-organizzaturi ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej kif jistgħu jinvolvu ruħhom fil-kostitwenza tagħhom u jittrattaw il-koordinazzjoni tal-kampanja?
- Kif jaħdmu l-kampanji fi żminijiet “normali” u kif tista’ taġġusta għas-sitwazzjoni tal-COVID-19?
It-tagħlimiet ewlenin minn dan il-webinar huma:
- Koalizzjoni kbira ta’ organizzazzjonijiet differenti hi importanti ħafna u utli ħafna. Iktar ma jkun hemm nies li jipparteċipaw, iktar hemm bżonn ta’ koordinazzjoni. U l-koordinazzjoni tieħu ż-żmien. Hu importanti li jinstab il-bilanċ it-tajjeb.
- Il-lokalizzazzjoni ta’ kampanja hija kruċjali. Is-sħab lokali jridu jħossu li din hija l-kampanja tagħhom.
- Biex dawk li jfasslu l-politika jew il-media jipparteċipaw, l-organizzaturi dejjem ikollhom joffrulhom xi ħaġa. L-organizzaturi m’għandhomx jużaw ton konfrontazzjonali ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet iżda għandhom jiftħu djalogu.
L-opinjonijiet espressi dwar il-Forum tal-ECI jirriflettu biss il-fehma tal-awturi tagħhom u bl-ebda mod ma jistgħu jitqiesu li jirriflettu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Unjoni Ewropea.