Mur għall-kontenut ewlieni
Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Webinar “Parir legali dwar l-abbozzar ta’ Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej”, 2019

Reġistrazzjoni

Data tal-bidu: 11 April 2019
Status attwali: Magħluqin
Aġġornata fi: 25 January 2021
Webinar ‘Legal advice when drafting a European Citizens’ Initiative', 2019

Kelliem mistieden: Victoria Canu, Freshfields Bruckhaus Deringer LLP

Moderatur: Flavio Grazian, Servizz ta’ Azzjoni għaċ-Ċittadini Ewropej

Lingwi: EN, ES, DE, FR, IT

Jekk tlift il-webinar, iċċekkja r-reġistrazzjoni tal-video (disponibbli bl-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż u t-Taljan) biex titgħallem dwar il-proċessi u l-isfidi tal-abbozzar ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Tista’ taċċessa l-verżjonijiet lingwistiċi differenti permezz tal-għażla rispettiva tal-video player.

Victoria Canu hi Assoċjata fi Freshfields Bruckhaus Deringer LLP. Hi tagħmel parti mit-tim ta’ espert legali ewlenin li jaħdmu fis-servizz “Fittex Parir” tal-Forum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Aġenda tal-webinar

1. Introduzzjoni minn Flavio Grazian [Minuta 0 sa 3]

2. Ħarsa ġenerali lejn l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej [Minuta 3 sa 5]

3. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn Flavio Grazian u Victoria Canu [Minuta 5 sa 38]

4. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-parteċipanti u Victoria Canu [Minuta 38 sa 44]

F’dan il-webinar, se ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:

- Għaliex huwa importanti li taħseb bir-reqqa meta tiġi biex tabbozza l-inizjattiva tiegħek?

- Fuq liema bażi legali l-organizzaturi għandhom jibnu l-inizjattiva tagħhom?

- X’tista’ tkun strateġija tajba meta tabbozza l-inizjattiva minn perspettiva legali?

It-tagħlimiet ewlenin minn dan il-webinar huma:

- Bidla fil-liġi tista’ ssir biss permezz ta’ att legali. Għalhekk, meta tkun qed tabbozza l-inizjattiva tiegħek, trid taħseb aktar bħala avukat milli bħala attivist.

- L-organizzaturi għandhom ikunu preċiżi ħafna fl-abbozzar legali tagħhom u jevitaw titli jew suġġetti ġenerali wisq.

- Ir-referenzi għall-artikoli tat-Trattat dejjem jiddependu fuq il-qasam ta’ azzjoni li tixtieq issegwi.

L-aħħar webinars

  • Magħluqin
  • Aġġornata fi 25 July 2025
Reġistrazzjoni disponibbli
  • Data tal-bidu: 16 October 2025 - 12:30
  • Data tat-tmiem: 16 October 2025
Kelliema
Mattéo Garguilo, organizzatur tal-kampanja “Projbizzjoni fuq il-Prattiki ta’ Konverżjoni fl-Unjoni Ewropea”, Diego Naranjo, organizzatur tal-kampanja “Reclaim Your Face” , Timothée Galvaire, organizzatur tal-kampanja “Tneħħija tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fuel tal-avjazzjoni fl-Ewropa”
Kategoriji
  • Magħluqin
  • Aġġornata fi 22 May 2025
Reġistrazzjoni disponibbli
  • Data tal-bidu: 15 May 2025 - 12:30
  • Data tat-tmiem: 15 May 2025
Kelliema
Olaf Grawert, organizzatur ta’ “HouseEurope! Forza lir-Rinnovazzjoni”, Daniel Ondruska, organizzatur ta’ “Stop Destroying Videogames”, Pavel Zálešák, membru ta’ “Stop Destroying Videogames”
Kategoriji
  • Magħluqin
  • Aġġornata fi 27 January 2025
Reġistrazzjoni disponibbli
  • Data tal-bidu: 25 February 2025
  • Data tat-tmiem: 25 February 2025
Kelliema
Kristina Krajnc, Konsulent Legali tal-inizjattiva “My Voice, My Choice”, Veronika Povž, Kap tal-Komunikazzjonijiet tal-inizjattiva “My Voice, My Choice”, Théo Giubilei, Organizzatur tal-inizjattiva “PsychedeliCare”
Kategoriji