Reġistrazzjoni
Kelliem mistieden: Daniel Schily, Democracy International
Moderatur: Elisa Lironi, Servizz ta’ Azzjoni għaċ-Ċittadini Ewropej
Lingwi: EN, ES, DE, FR, IT
Jekk tlift il-webinar, iċċekkja r-reġistrazzjoni tal-video (disponibbli bl-Ingliż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, il-Franċiż u t-Taljan) biex titgħallem dwar il-proċessi u l-isfidi tal-kampanja u tal-ġbir tal-fondi għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Tista’ taċċessa l-verżjonijiet lingwistiċi differenti permezz tal-għażla rispettiva tal-video player.
Daniel Schily hu wieħed mill-kofundaturi ta’ Democracy International. L-attiviżmu tiegħu għad-demokrazija diretta jmur lura għal aktar minn 25 sena.
Aġenda tal-webinar
1. Introduzzjoni minn Elisa Lironi [Minuta 0 sa 4]
2. Ħarsa ġenerali lejn l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej [Minuta 4 sa 10]
3. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn Elisa Lironi u Daniel Schily dwar it-tmexxija ta’ kampanja [Minuta 10 sa 31]
4. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-parteċipanti u Daniel Schily dwar it-tmexxija ta’ kampanja [Minuta 31 sa 27]
5. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn Elisa Lironi u Daniel Schily dwar il-ġbir tal-fondi [Minuta 37 sa 53]
6. Mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-parteċipanti u Daniel Schily dwar il-ġbir tal-fondi [Minuta 53 sa 59]
F’dan il-webinar, se ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
- Kif tista’ tinħoloq alleanza ewlenija għall-kampanja?
- X’inhuma l-elementi importanti ta’ kampanja?
- Il-kampanji kif jistgħu jorganizzaw l-appoġġ u l-ġbir tal-fondi?
It-tagħlimiet ewlenin minn dan il-webinar huma:
- L-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej għandu jkollhom fehim u ftehim ċari bejniethom u bejn is-sħab tal-alleanza dwar min jagħmel xiex.
- Il-kompożizzjoni tal-Kumitat taċ-Ċittadini meta titnieda inizjattiva hi fattur importanti li m’għandux jiġi sottovalutat.
- Kull kampanja teħtieġ finanzjament sod sabiex tirnexxi.
L-aħħar webinars
- Magħluqin
- Kelliema
- Mattéo Garguilo, organizzatur tal-kampanja “Projbizzjoni fuq il-Prattiki ta’ Konverżjoni fl-Unjoni Ewropea”, Diego Naranjo, organizzatur tal-kampanja “Reclaim Your Face” , Timothée Galvaire, organizzatur tal-kampanja “Tneħħija tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-fuel tal-avjazzjoni fl-Ewropa”
- Kategoriji
- Magħluqin
- Kelliema
- Olaf Grawert, organizzatur ta’ “HouseEurope! Forza lir-Rinnovazzjoni”, Daniel Ondruska, organizzatur ta’ “Stop Destroying Videogames”, Pavel Zálešák, membru ta’ “Stop Destroying Videogames”
- Kategoriji
L-opinjonijiet espressi dwar il-Forum tal-ECI jirriflettu biss il-fehma tal-awturi tagħhom u bl-ebda mod ma jistgħu jitqiesu li jirriflettu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Unjoni Ewropea.
