Recording
Kelliem mistieden: Olga Kurpisz, Kummissjoni Ewropea
Moderatur: Flavio Grazian, Servizz ta’ Azzjoni għaċ-Ċittadini Ewropej
Lingwi: EN, ES, DE, FR, IT
Jekk tlift il-webinar, iċċekkja r-reġistrazzjoni tal-video (disponibbli bl-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż u t-Taljan) biex titgħallem dwar l-isfidi introdotti bir-riforma tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. Tista’ taċċessa l-verżjonijiet lingwistiċi differenti permezz tal-għażla rispettiva tal-video player.
Olga Kurpisz hi l-Uffiċjal tal-Politika fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Hi taħdem fuq l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.
Aġenda tal-webinar
1. Introduzzjoni minn Flavio Grazian [Minuta 0 sa 4]
2. Ħarsa ġenerali lejn l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej minn Flavio Grazian [Minuta 4 sa 7]
3. Intervent minn Olga Kurpisz [Minuta 7 sa 38]
4. Mistoqsijiet u tweġibiet ma’ Olga Kurpisz [Minuta 38 sa 59]
F’dan il-webinar, se ssib it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
- X’bidliet iġġib ir-riforma tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej għall-organizzaturi?
- Kif l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej riformata tiffaċilita l-proċess tal-ġbir?
- Ir-riforma kif tbiddel il-proċess ta’ segwitu ta’ inizjattivi li jirnexxu?
It-tagħlimiet ewlenin minn dan il-webinar huma:
- Ir-Regolament il-ġdid jissimplifika sostanzjalment il-proċess tal-iffirmar billi jarmonizza l-ġbir tad-data, bl-introduzzjoni ta’ sistema ċentralizzata ġdida ta’ ġbir online u billi jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jbaxxu l-età minima għall-iffirmar għal 16.
- L-organizzaturi huma flessibbli biex jibdew il-perjodu ta’ sena għall-ġbir tal-firem matul is-sitt xhur wara r-reġistrazzjoni.
- Ir-Regolament il-ġdid jipprovdi l-possibbiltà ta’ “reġistrazzjoni parzjali” u jagħti l-għażla lill-organizzaturi biex jirrevedu l-proposta tagħhom.